Home >> Soċjeta’ Mużikali >> Society Presidents
Dated: Tuesday, 1-June-1920
Raymond Ellul twieled fid-19 ta’ Lulju 1885 iben Giovanni u Maria Ellul. Hu kien miżżewweġ lil Ġuditta Cassar mill-Qrendi. Minn dan iż-żwieġ kien hemm tliet ulied, iżda tnejn minnhom mietu sabiex l-uniku wild li għexet kienet bintom Julia. Ellul kien jaħdem ġewwa Kalafrana bħala ħaddied. Meta kien għadu ġuvni xtara dar fil-pjazza ta’ l-Imqabba, il-lok numru 13, Pjazza tal-Knisja. Meta żżewweġ mar joqgħod B’Buġia u l-post tiegħu kien jintuża bħala każin. Kien membru fil-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni. Fi kliem bintu, “il-każin kien l-hena tiegħu”. Kien jiġbor il-flus għal festa u jmidd idejh għal xogħol ta’ armar, l-aktar tindif u żebgħa. Fi kliem bintu, “meta tersaq il-festa tkellmux”. L-akbar proġett li sar taħt it-tmexxja ta’ Ellul kien il-vara l-kbira li ġiet inawgurata fl-1922. Meta kiber fl-età tilef id-dawl u ħalla din id-dinja fl-1959 fl-eta ta’ 74 sena.
![]() |
Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2016 |
19- Mar- 2017 |
![]() |
72 Hour Broadcasting Marathon - TalGilju FM 95.4 |
13- Dec- 2014 |
![]() |
Guinness World Record - Largest Catherine Wheel |
18- Jun- 2011 |
![]() |
Malta Records - L-Akbar Tapit Pirotekniku |
16- Jun- 2011 |
![]() |
Plancier Meravilja - Gieh l-Artigianat Malti |
1- Jun- 2010 |
![]() |
National Ground Fireworks Champions |
1- Jun- 2008 |
| Copyright | Disclaimer | Privacy Policy | Contact Us |
Join TalGilju.com Mailing List to receive your electronic newsletter.